aTrattament xieraq tal-annimali

It-trattament tal-annimali huwa suġġett diskuss ħafna fil-mezzi tax-xandir, li ħafna drabi, għal sensazzjonaliżmu, jesaġeraw l-affarjiet billi jgħidu li l-annimali jinżammu ġo gaġeġ skomdi biex ir-raħħal jiffranka l-flus. Dan mhux minnu, għaliex raħħala stess jistgħu jgħidulek li jekk l-annimal ma jkunx komdu mhux ser jipproduċi sew u għalekk ir-raħħal ma jkunx jista' jibqa' jikkompeti fis-settur tal-laħam tal-majjal. Huwa fl-interess tar-raħħal stess li l-annimal ikun komdu kemm jista jkun.