Il-KIM tniedi s-sit elettroniku l-ġdid tagħha
Il-KIM nediet il-websajt ġdida tagħha fil-15 ta' Novembru, fl-istess jum li f'Ħaż Żebbuġ sar il-Festival tal-Majjal. Is-sit elettroniku huwa interattiv, faċli biex wieħed jara x'fih u hu maħsub għal udjenzi differenti fosthom il-membri tal-koperattiva, il-proċessuri, ħwienet tal-laħam, il-konsumaturi, kif ukoll studenti li jkunu qed jagħmlu riċerka dwar il-KIM u s-settur tat-trobbija tal-majjal f'Malta. Il-websajt se jkollha aktar informazzjoni 'il quddiem.