aPariri dwar Trobbija tal-Majjal

It-trobbija tal-majjal, illum il-ġurnata, m'għadiex xi ħaġa sempliċi li tista' tagħmel jekk tkun sid ta' biċċa art. Illum dan in-negozju sar wieħed kompetittiv ferm b'marġini ta' profitti żgħar li jeħtieġ immaniġġjar tajjeb u effiċjenza kbira. Ma hemmx spazju għall-iżbalji u kull żvilupp ġdid irid jiġi adottat mir-raħħala biex ilaħħqu mal-kompetizzjoni.

Il-Koperattiva ta' Min Irabbi l-Majjal (KIM Ltd) kienet strumentali biex tiżgura s-sopravivenza tas-settur tal-Majjal f'Malta billi żammet aġġornata mal-bidliet neċessarji u dawk rakkomandati u tagħti pariri lill-membri tagħha kif l-aħjar li jimplimentaw dawn il-bidliet fl-irziezet tagħhom.