aTrobbija tal-majjal

It-trobbija tal-majjal illum m’għadiex daqshekk faċli. Sar negozju kompettitiv ħafna, b’marġini ta’ profitti żgħar li għandhom bżonn immaniġġjar tajjeb u effiċjenza kbira. Ma hemmx post għal żball u kull teknika misjuba trid tibda tintuża mir-raħħal biex iżomm mal-kompetizzjoni.

It-trobbija tal-majjal f’Malta għaddejja minn perjodu diffiċli ħafna minn mindu Malta ssieħbet mal-Unjoni Ewropea. Iddaħħlu ħafna liġijiet ġodda u l-prezzijiet tad-dawl u l-ilma għolew ħafna, flimkien mal-prezz tal-ġwież, li waħdu biss jammonta għal 80% tal-infieq tal-produttur.

Il-Koperattiva ta’ Min Irabbi l-Majjal kellha rwol importanti għall-għijxin tas-settur tal-majjal f’Malta, billi taġġorna ruħha fuq it-tibdiliet neċessarji u tara li dawn il-bidliet jinżammu.