aIl-KIM tibda tqatta' u tispulpja l-majjal
KIM Ltd bdiet toffri partijiet tal-majjal lill-konsumaturi tagħha kif ukoll karkassi sħaħ.
KIM Ltd timpjega individwi b'esperjenza fl-arti tat-tqattigħ u l-ispulpjar biex tiżgura prodott ta' kwalità għolja. Dawn il-prodotti se jkunu offruti fuq bażi regolari bi prezzijiet kompetittivi.
It-tqattigħ u l-ispulpjar qed isir fl-impjant ta' Tqattigħ u Spulpjar fil-biċċerija ċivili tal-Marsa.
It-tqattigħ u l-ispulpjar għalissa qed isir skond l-ordnijiet li jidħlu. Madanakollu, ġaladarba jkun żgurat spazju ta' ħażna mkessaħ, il-koperattiva għandha l-ħsieb li tqatta' u tispulpja kwantitajiet żgħar ta' ħnieżer fil-ġimgħa.
Dan il-pass ittieħed bil-għan li l-KIM tkun tista' tikkompeti direttament fuq bażi ta' prodotti, prezz u kwalità mal-partijiet tal-majjal li qed ikunu impurtati mill-proċessuri lokali. Dan wara li sar evidenti li l-bejgħ lokali li ntilef seħħ minħabba l-importazzjoni ta' partijiet tal-majjal li huma lesti jew kważi lesti għall-ipproċessar, u mhux minħabba l-impurtazzjoni ta' karkassi sħaħ.