aIl-KIM tniedi s-sensiela televiżiva Mill-Grilja

Il-KIM nediet sensiela televiżiva ġdida. 'Mill-Grilja' qed jixxandar fuq TVM kull nhar ta' Sibt fis-18:45 b'ripetizzjoni kull nhar ta' Ħadd fl-09:45.

Il-poplu Malti għandu namra mal-BBQ u ikel sempliċi ppreparat u servut Al Fresco. Mill-Grilja hu programm ta' 13-il episodju li jesplora l-ħafna oqsma ta' tisjir fuq barra bl-użu ta' majjal frisk ta' Malta.

Kull ġimgħa l-kok residenti Adrian Mangion se jipprepara riċetti differenti bil-majjal ta' Malta. Dawn ir-riċetti se jkunu disponibbli wkoll fuq din il-websajt. It-telespettaturi se jingħataw ukoll suġġerimenti ta' kif jieħdu l-aħjar li jistgħu mill-benefiċċji għas-saħħa tal-majjal frisk ta' Malta.

Il-programm se jinkludi wkoll intervisti ma' esperti differenti fosthom raħħala, veterinarju, esperti mid-Dipartiment għas-Saħħa Ambjentali, tobba mid-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa u oħrajn.

L-għanijiet tal-programm huma:
Li jżid l-għarfien dwar il-benefiċċji li wieħed juża prodott lokali;
Li jeduka lill-konsumatur dwar id-distinzjoni bejn il-majjal lokali u dak impurtat;
Li jeduka lill-konsumatur dwar kif jagħżel il-partijiet tal-majjal li l-aħjar jgħoddu għalih;
Li jqajjem kuxjenza dwar l-istandards għoljin imħaddma mill-produtturi tal-majjal.

Agħfas fuq l-istampa ta' hawn isfel biex tara l-klipp promozzjonali.