aRiċetti
Ma hemmx parti tal-majjal li ma tittikielx x'imkien fid-dinja, iżda kull soċjetà għandha l-idea tagħha ta' liema huma l-partijiet tal-majjal tajbin għall-ikel.
Waqt li f'Malta, m'għadux komuni li wieħed jiekol il-moħħ, il-pulmuni, l-istonku u d-demm tal-majjal, dawn kollha huma meqjusa bħala ikel appetituż u bnin f'partijiet oħra tad-dinja. L-istess jista' jingħad għall-ilsien.
F'Malta, il-konsumaturi jħobbu l-parti muskolata tal-majjal li tkun tarija u mingħajr ħafna xaħam.