aProduzzjoni tal-majjal
Il-produzzjoni tal-laħam tal-majjal tibda bit-tgħammir tal-majjal mal-fħula. Tlett xhur, tlett ġimgħat u tlett ijiem wara, il-majjal twelled boton ta’ bejn 6 u 12-il majjal, iżda bil-ġinetika tal-lum il-boton jista' jitla' sa 21. Il-majjali jitwieldu żgħar ħafna, mingħajr suf li jżommhom sħan. Għalhekk il-bidwi għandu jassigura ruħu li l-majjali jsibu post sħun u xott fejn jorqdu. Il-majjali jinżammu m’ommhom għall-ewwel erba' ġimgħat, sabiex ikunu jistgħu jixorbu l-ħalib t’ommhom kif tgħid in-natura. F’ċertu pajjiżi, il-kompetizzjoni qed twassal biex ir-raħħala jaqalgħu l-majjali minn m’ommhom qabel ġimgħatejn jew tliet ġimgħat, iżda l-maġġoranza ma taqbilx ma’ din il-prattika, u tħalli l-majjali m’ommhom sakemm ikunu jistgħu jieklu l-ikel waħedhom.
Meta l-majjali jagħlqu erba' ġimgħat, jistgħu jiġu mmexxija fl-hekk imsejjaħ “Weaning Pool”. Din hija kamra bit-temperatura kontrollata fejn ħafna btan jistgħu jgħixu flimkien. Huma jinżammu hawn sakemm jsiru jiżnu 45 kilo, imbgħad imorru fl-hemm imsejħa "Grower House".
Ma’ dan iż-żmien il-majjali jkunu kibru fi ħniezer b’saħħithom u m’għandhomx bżonn temperatura daqshekk sħuna u jinżammu f’ambjent frisk. F’ Malta dan huwa proċess diffiċli u għoli.
Meta jibdew jiżnu 65 kilo, l-majjali jkunu lestew il-proċess tat-tkabbir tal-iskeletru tagħhom u jibdew jkabbru ħafna muskolu. Minn dan l-istadju jibdew jissejħu fatteners, u jitmexxew fi struttura differenti fejn ikollhom iktar spazju fejn jiċċaqalqu u jkollhom iktar frisk.
Il-ħniezer jikbru malajr ħafna u ta’ ħames jew sitt xhur jiżnu 110 kilo. F'dan l-istadju r-raħħal jbigħ il-majjal lill-Koperattiva ta’ Min Irabbi l-Majjal, li jsibu xerrej għal dan il-majjal, li jew jinbiegħ bħala laħam tal-majjal frisk jew jiġi proċessat f’perżut, bacon jew zalzett.