aL-istorja tal-Koperattiva
1978: It-trobbija tal-majjal f’Malta tieqaf kompletament.
1980: Jinbena razzett fuq Kemmuna sabiex jerġgħu jitrabbew il-ħniezer għall- użu kummerċjali.
1981: Titwaqqaf il-Koperattiva ta’ Min Irabbi l-Majjal. Il-produtturi kollha jissieħbu.
1981: Tigi introdotta s-sistema tal-kwota sabiex tassigura li l-ħniezer mrobbija jinqatlu kollha.
1983: Titwaqqaf il-Pork Marketing biex jinbiegħ il-majjal kollu prodott u tassigura pagament immedjat lill-produtturi.
1992: Il-KIM tibda tmexxi t-trobbijja tal-majjal fir-Razzett tal-Għammieri.
1993: Il-KIM tieħu f'idejha l-bejgħ tal-majjal kollu li jinqatel il-biċċerijja.
1993: F’Kemmuna jittrabbew l-Large Whites, d-Durocs u l-Hampshires.
1994: Il-KIM tagħmel kuntratt ta' 10 snin ma’ tliet membri biex jipproduċu l-Gilts u ma’ wieħed biex jipproduċi l-Fħula.
1994: Il-Koperattiva tibda ġġib d-Duroc u l-fħula ta' Hampshire mill-USA.
1994: Il-Koperattiva tibda ġġib il-Landrace, il-Large White, id-Durocs u l-Hampshires mill-Isvezja.
1996: Il-Koperattiva ddaħħal is-semen għall-inseminazzjoni artifiċjali għall-ewwel darba mill-Kumpanija S.G.I. mill-USA.
2004: Malta tissieħeb mal-Unjoni Ewropea u tibda l-importazzjoni tal-laħam tal-majjal minn barra.
2009: Isiru żjarat fl-irziezet u jinħargu rapporti minn konsulenti barranin u veterinarju Malti.
2009: L-għeluq tar-Razzett ta’ Kemmuna. Isiru pjanijiet sabiex jinbena ċentru għat-trobbija u għat-tgħammir artifiċjali fl-Għammieri.
2009: Jibdew il-pjanijiet biex jinfetaħ impjant tal-ipproċessar tal-KIM.
2009: Importazzjoni tal-Meidam & GP600 gilts, kif ukoll tal-Vantage, GP600 u l-GP750 boars.