L-aħħar irtokki lil-Laboratorju tal-Inseminazzjoni Artifiċjali tal-KIM

labFi Frar 2010 saru l-aħħar irtokki lill-ewwel laboratorju tal-Inseminazzjoni Artifiċjali tal-majjal fil-gżejjer Maltin. Dan se jagħti aċċess lir-raħħala Maltin, għal semen minn ħnieżer eċċellenti, bi prezzijiet raġjonevoli u se jnaqqas id-dipendenza tar-raħħala Maltin fuq l-importazzjoni.

Esperti mir-Renju Uniti inġiebu Malta biex iħarrġu impjegati tal-KIM biex jużaw dan il-laboratorju "state-of-the-art" u biex jiġbru s-semen mill-ħnieżer. Il-Laboratorju beda jintuża fi żmien ġimgħa minn meta tlesta.