aL-industrija tal-majjal lokali llum

Il-merħla nazzjonali llum tammonta għal aktar minn 6,000 majjal u 420 faħal, imxerrdin madwar 160 razzett f'Malta u Għawdex. Il-kwalità tar-razza tinbidel maż-żmien skond id-domanda tal-konsumatur.

Il-maġġoranza tal-ħnieżer fl-irziezet huma minn razza effiċjenti ħafna bħal ma’ huma l-Landrace, Large White, Pietrain u l-White Duroc, li jipprovdu dak li l-konsumatur ifittex: ġilda roża u laħam tari bi prezz raġonevoli.

F’Malta jinqatlu madwar 1,600 ħanzir fil-gimgħa. Dan huwa tnaqqis konsiderevoli mill-2,400 li kienu jinqatlu ftit snin ilu, anke jekk il-konsum tal-majjal ma naqasx. Id-differenza tidher għax issa beda jiddaħħal laħam ta’ kwalità inferjuri minn barra.

Kull pajjiż għandu l-gosti tiegħu. Per eżempju fis-Spanja wieħed isib iktar ħniezer ħoxnin u li għandhom ġilda iktar skura.

Razez moderni ġew mtejba matul is-snin permezz ta' għażla ta’ kumpaniji tat-trobbija, li tat ismijiet tad-ditta lill-ħniezer bħal Meidam, Volante, Titan u PG700