aImportazzjoni ta' ġinetika mtejba

Sabiex ikunu nistgħu ntejbu l-kwalità tal-ħnieżer tagħna u nkunu kompettitivi mal-pajjiżi ġirien tagħna rridu nbiddlu l-majjal tagħna ta’ spiss ma’ majjal minn barra. Dan huwa importanti għaliex m’għandniex daqsekk majjal f'Malta biex nkunu nistgħu nagħżlu minnhom. F’razzett tat-trobbija barranija wieħed jista' jkollu aktar majjal mill-irziezet kollha ta’ Malta u Għawdex flimkien.