aPjanijiet għall-futur

Lineazzjoni
Il-bdiewa jridu jinvolvu ruħhom f’kull aspett tat-trobbijja tal-majjal, mill- produzzjoni sal-iproċessar. Kull tfaddil jista' jintuża sabiex il-prezz tal-laħam ta’ kwalità jitbaxxa jew jiġi investit fi kwalità aħjar.

Kwalità tal-ġwież
Il-ġwież jammonta għal 80% tal-ispejjeż tat-trobbija tal-majjal. Sabiex tassigura li l-produzzjoni tal-laħam tal-majjal tibqa għolja, ir-raħħala jridu jtuhom ġwież ta’ kwalità bi prezz raġonevoli. Il-KIM bdew taħdidiet ma’ produtturi tal-ġwież lokali, sabiex ikun hemm iktar ftehim fuq il-kwalità tal-ġwież.

Ipproċessar
Il-KIM bdew jippjanaw investiment f'fabbrika tal-ipproċessar, sabiex jibda jinħadem il-laħam tal-majjal ta’ Malta, mill-biċċiet tal-laħam frisk sa zalzett u pulpetti. Dan ikun jista' jagħmel mezz li l-konsumatur Malti jkun jista' jqabbel il-kwalità tal-laħam ta’ Malta ma’ dak ta’ barra, mingħajr ma’ jinkwieta fuq tabellar falz jew jinkwieta li jkun hemm taħlita ta' laħam tal-majjal lokali ma’ dak barrani.

Immaniġġjar tal-iskart
Il-Gvern Malti għandu pjanijiet biex jibda jitħaddem impjant tal-biogas, fejn tkun tista' tinħoloq sistema ta’ enerġija minn fermentazzjoni kkontrollata minn skart bijoloġiku. Is-settur tal-laħam tal-majjal bi sħiebu jikkontribwixxi għal dan, billi l-iskart kollu prodott mill-ħnieżer tagħna, isir sors vijabbli ta’ enerġija f’ambjent aktar nadif.