aIl-Festival tal-Majjal

L-ewwel Festa tal-Majjal sar f'Ħaż-Żebbuġ fil-15 ta' Novembru 2009. Il-Festival kien organizzat b'mod konġunt bejn il-Minister għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u l-KIM.

Dawk preżenti setgħu jgawdu mużika 'live' minn artisti lokali, kif ukoll jiksbu informazzjoni dwar ikel prodott lokalment fosthom il-majjal.

Kien hemm ukoll majjal lokali frisk għal bejgħ, kif ukoll ikel imsajjar dak il-ħin b'riċetti differenti. L-attendenza u l-bejgħ kienu eċċezzjonali.

Wara s-suċċess ta' dan l-ewwel festival tal-Majjal, il-KIM se torganizza attivitajiet simili fil-futur qarib.