aIl-Festa tal-Majjal 2011
Il-Festa tal-Majjal saret appuntament annwali li tant tkun mistennija minn eluf ta' Maltin. Din is-sena, il-Festa tal-Majjal se ssir fil-11 ta' Diċembru f'Misraħ San Nikola, is-Siġġiewi. Din l-attività għandha l-għan li żżid l-apprezzament tal-Majjal ta' Malta, f'atmosfera ferrieħa ta' qrib il-Milied, b'riħa appetituza ta' ikel, mużika, attivitajiet għall-familja kollha, u fuq kollox, il-Majjal frisk u ġenwin ta' Malta.
Matul il-Festa tal-Majjal se jkun hemm għall-bejgħ majjal ta' Malta msajjar fuq il-post, bejgħ ta' Majjal frisk lokali, informazzjoni dwar il-laħam tal-majjal, kif ukoll programm ta' divertiment għall-familja kollha.
Wara s-suċċess tas-sena li għaddiet, din is-sena qed nerġgħu noffru żjarat f'razzett kbir tal-Majjal. Din hija opportunità unika biex il-konsumaturi jkollkom kuntatt dirett mal-produttur tal-majjal u jaraw parti mill-proċess tat-tkabbir tal-majjal.
Din is-sena, qed jiġu aċċettati wkoll bookings għal 'Majjalata' magħrufa wkoll bħala 'Suckling Pig' għall-gruppi ta' 10 jew aktar. Biex tibbukkja mejda ċempel fuq 22924130.
Il-Festa tal-Majjal għandha l-appoġġ tal-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u tal-Kampanja Naturalment Malti.