aInseminazzjoni artifiċjali

Inseminazzjoni artifiċjali (AI) tippermetti lir-raħħala Maltin sabiex ikunu jistgħu jgħammru l-majjal mal-aħjar fħula fid-dinja, minflok jillimitaw ruħhom għal fħula lokali, b'tali mod li jkunu jistgħu jkabbru l-annimali tagħhom iktar malajr. Pero l-majjal tagħhom xorta jridu jkunu sħan biex ikunu jistgħu jitgħammru, u għalekk iridu jkunu jistgħu jaraw u jxommu l-fħula l-ħin kollhu. Huwa għalekk li anke r-raħħala li jużaw l-AI xorta jżommu xi ftit fħula fir-razzett tagħhom.